Il-President tal-Malta Weightlifting Association Jesmond Caruana ġie elett bħala Segretarju Ġenerali tal-Weightlifting għal perjodu ta’ erba’ snin. Dan wara li sar il-Kungress Elettorali tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa f’San Marino. Il-President tal-MWA rċieva s-sapport kollu tal-membri presenti.
Caruana beda l-isport tal-weightlifting lura fl-1981 u fl-2002 inħatar teżorier u wara segretarju tal-assoċjazzjoni, biex fl-2009 ġie elett bħala President. Hu kien elett f’diversi pożizzjonijiet fil-weightlifting internazzjonali fejn kien fil-kumitat tekniku tal-weightlifting ewropew, Viċi President tal-weightlifting ewropew, membru fil-bord eżekuttiv tal-weightlifting fil-Commonwealth u l-weightlifting Mediterran.
//= $special ?>