Għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ dalgħodu, karozza ħadet in-nar fil-Ħamrun. Waqt l-inċident jidher li kien hemm raġel ta’ 30 sena minn Santa Venera li sofra xi ġruq meta prova jitfi l-karozza min-nar. Ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Fuq il-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-assistenza.
L-inċident seħħ fi Triq il-Fatati, il-Ħamrun.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>