#muscatgate Lokali

FILMAT: Kull min iħobb lill-pajjiżna għandu jattendi id-dimostrazzjoni! – Michael Briguglio

Il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jirriżenja minnufih sakemm inaddaf ismu. Jidher ukoll ċar li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż huma f’idejh u għalhekk il-pajjiż qiegħed f’periklu.

Saħaq dan Michael Briguglio, eks Chairperson tal-Alternattiva Demokratika.

Hu qal li dak li qed jiġri f’pajjiżna għandu jwassal biex dawk kollha ġenwini, anke Laburisti imweġġa’ għandhom jesprimu ruħhom f’din id-dimostrazzjoni nazzjonali.