#muscatgate Lokali

Merħba sabiħa lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista qabel id-dibattitu ta’ Xarabank

Folla ta’ persuni laqgħu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil barra l-istudios ta’ Xarabank.

Dan hekk kif illejla, għall-ewwel darba fi tliet snin, il-Prim Ministru Joseph Muscat aċċetta li llejla jsir dibattitu.

Il-programm kien ilu ppjanat minn Novembru, iżda kien biss il-kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li laqa’ l-isfida.

Illum, waqt konferenza tal-aħbarijiet u maħkum mill-paniku, il-Prim Ministru Joseph Muscat ried li d-dibattitu jsir.