L-Istitut tal-Accountants Maltin appella lill-membri tiegħu biex jaħdmu b’mod professjonali, jibqgħu indipendenti u fuq kollox ikunu indipendenti.
F’indirizz tiegħu waqt l-SMP Forum, il-President tal-Istitut Franco Azzopardi appella lill-accountants Maltin biex mingħajr eżitazzjoni jitbiegħdu minn klijenti u impjegati dubjużi.
Il-kummenti tiegħu jaslu wara li fl-aħħar jiem ħarġu iżjed aħbarijiet dwar kif il-Ministru Kornad Mizzi, Keith Schembri u issa anke l-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat użaw il-kumpanija Nexia BT biex ħolqu kumpaniji sigrieti f’postijiet dubjużi bħall-Panama.
“Irridu nipperseveraw u nagħmlu dak li hu tajjeb,” saħaq Azzopardi, li fakkar kif xogħol l-accountants f’pajjiżna, 3,000 b’kollox, kien kritiku biex pajjiżna kiseb reputazzjoni tajba ħafna fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u dan wassal biex pajjiżna attira l-kummerċ.
//= $special ?>