Lokali

PANIKU: L-impjegati ta’ Nexia BT ordnati ma jersqux lejn l-uffiċċju

Brian Tonna iċempel lill-ħaddiema kollha wara l-kaos li inqala' lbieraħ filgħaxija

Il-ħaddiema kollha ta’ Nexia BT ġew ordnati minn Brian Tonna sabiex ma jersqux lejn l-uffiċċju. Din hija informazzjoni ġdida li qed tiġi ppubblikata minn dan is-sit, u li ġiet konfermata lilna minn sorsi differenti, inkluż ħaddiema stess ta’ Nexia li jinsabu inkwetati wara l-iżviluppi li seħħew ilbieraħ.

Nexia BT hija immexxija minn Brian Tonna, u hija l-audit firm li fetħet it-tliet kumpaniji sigrieti fil-Panama.

L-aħħar 24 siegħa kienu movimentati sew għal Brian Tonna, Joseph Muscat u n-nies kollha ta’ Kastilja wara li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia żvelat l-isem tas-sid ta’ Egrant; kumpanija sigrieta li fiha għandha sehem Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru Malti.