L-iskandlu li ġie żvelat ilbieraħ – li l-mara tal-Prim Minsitru Joseph Muscat hi sid tal-kumpanija Egrant – mhux biss qed tiġi rrapurtata mill-media lokali, imma issa anke minn kmamar tal-aħbarijiet internazzjonali.
Politico, li hi sit tal-aħbarijiet b’fama mondjali, stqarret li l-gżira ta’ Malta tredet b’allegazzjonijiet serji li jinvolvu lill-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat.
Politico qalet li l-iskandlu ġie żvelat mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li qajmet terremot politku f’Malta waqt li l-Gvern Labrusita ta’ Joseph Muscat qed imexxi l-Presidenza Ewropea.
Is-sit tal-aħbarijiet internazzjonali stqarret li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sejjaħ għar-riżenja ta’ Muscat wara dak kollu li ġie żvelat, u kif ukoll semmew id-dimostrazzjoni nazzjonali li se tiġi organizzata nhar il-Ħadd fil-Belt Valletta.
Fl-artiklu, Politico semma wkoll li tard il-Ħamis filgħaxija, iċ-Chariman ta’ Pilatus Bank inqabad ħiereġ b’bagalji mill-emergency exit.
//= $special ?>