Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ katavru ta’ raġel ta’ 30 sena li nstab mejjet fil-karozza tiegħu, f’qiegħ il-baħar, fiż-żona tal-Magħluq, f’Marsaxlokk.
Jirriżulta li r-raġel deher l-aħħar jumejn ilu fil-festa ta’ San Girgor, bi qrabatu jirrappurtaw lill-Pulizija li hu ma daħalx lura d-dar ilbieraħ, għall-ħabta tal-15:45.
L-ewwel suspett tal-Pulizija hu li r-raġel met b’inċident, wara li rriversja bi żball u baqa’ nieżel fil-klabb. L-aħħar li deher, hu kien fil-preżenza ta’ sħabu, jiċċelebraw il-festa ta’ San Girgor.
//= $special ?>

