Futbol Sport

Ugo Ehiogu jmut wara attakk ta’ qalb

Ugo Ehiogu miet fl-età ta' 44 sena

L-eks plejer internazzjonali Ingliż Ugo Ehiogu miet fl-età ta’ 44 sena. Ehiogu li kien plejer ta’ Middlesbrough u Sheffield United, fil-karriera lagħab xejn anqas minn 237 partita professjonali bejn l-1991 u l-2000 fejn ma’ Middlesbrough f’seba’ snin lagħab 126 partita.

Hu lagħab ukoll erba’ partiti mat-tim Nazzjonali Ingliz fejn iddebutta kontra ċ-Ċina fl-1996. Fi Frar tal-2001, kien ukoll skorja f’Villa Park fil-partita ta’ ħbiberija kontra Spanja. Ehiogu, kien jagħmel parti mis-settur tekniku tat-tim nazzjonali ta’ taħt l-20 sena sa meta f’Lulju tal-2014, ingħaqad mal-Akkademja ta’ Tottenham.

Huwa kkollassa waqt li kien qed imexxi sessjoni ta’ taħriġ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Tottenham fejn wara li ngħata kura medika fiċ-Ċentru ta’ taħriġ, miet fl-isptar ftit wara.

Tags