#muscatgate Lokali

Wara tliet snin jaħrab mill-emergency exit, issa Joseph Muscat aċċetta dibattitu fuq Xarabank

Pajjiżna jinsab fi kriżi politka u kostituzzjonali bi Prim Ministru taħt Inkjesta Maġisterjali.

Il-Prim Ministru jinsab f’paniku wara li saru allegazzjonijiet serji dwaru in konnessjoni mal-kumpanija Egrant u t-tranżazzjonijiet li saru fil-kont ta’ din il-kumpanija sigrieta.

Issa, għax qiegħed dahru mal-ħajt, irid jagħmel dibattitu mal-Kap tal-Oppożizzjoni illejla fuq Xarabank.

Ilejla, il-Kap tal-Oppożizzjoni diġà huwa l-mistieden ta’ Xarabank u l-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandu l-ebda diffikultà li jagħmel dibattitu ma’ Muscat. Anzi, about time, għax il-Prim Ministru ilu jaħrab minn dibattitu fuq Xarabank għal tliet snin sħaħ.

Għalhekk, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil m’għandux problema li jipposponi l-intervista li kellu skedata llejla fuq il-programm Xarabank, biex jaqsam il-ħin tiegħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat