Fdan il-mument il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab il-Qorti – dan fl-isfond li qed jiġi investigat f’inkjesta Maġisterjali. Din l-inkjesta qed tinvestiga l-iskandlu li ġie żvelat jumejn ilu fejn il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia rrappurtat li l-mara ta’ Joseph Muscat, Michelle Muscat, hi s-sid tal-kumpanija Egrant – kumpanija sigrieta involuta fl-iskandlu tal-Panama Papers.
Din l-inkjesta Maġisterjali inħatret mill-Prim Ministru Joseph Muscat dakinhar li ġie żvelat dan l-iskandlu, iżda din l-inkjesta bdiet taħdem aktar minn 12-il siegħa – l-għada.
Aktar tard, wasal fl-awla wkoll il-Ministru Konrad Mizzi – li hu wkoll huwa nvolut direttament fl-iskandlu tal-Panama Papers. Dan hekk kif ġie żvelat li hu kellu kumpanija sigrieta fil-Panama, bl-isem ta’ Hearnville Inc.
//= $special ?>