Ir-risposti tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt id-dibattitu f’Xarabank ma xejjnux l-allegazzjonijiet dwar il-kumpanija Egrant. Avukat fil-qasam tal-liġi finanzjarja qal li t-tweġibiet ta’ Muscat kienu nofs veritajiet u f’xi waqtiet kienu anki mhux veri.
F’kummenti ma’ netnews.com.mt, Matthew Mizzi, Avukat dwar il-liġi finanzjarja ibbażat f’Londra, qal li r-risposti tal-Prim Ministru ma xejjnux l-allegazzjonijiet dwar Egrant u Michelle Muscat
L-Avukat Mizzi qal l-Prim Ministru qed jgħid nofs verita meta ipprova jgħid li l-indirizz ta’ San Ġwann hu prova li l-allegazzjonijiet huma foloz. Matthew Mizzi qal li l-liġi Panamena tippermetti li titwaqqaf kumpanija bi kwalunkwe indirizz. L-importanti hu li jkun hemm rappreżentant legali tal-kumpanija ibbażat fil-Panama.
Iżda l-iktar ħaġa li urtat lill-Avukat Mizzi kienet meta Muscat beda jipprova jqarraq li d-dokumenti li rriproduċiet Daphne Caruana Galizia kien bejgh tal-kumpanija Egrant. Hu qal li dak li ġie ppubblikat mhux trasferimenti ta’ bejgħ
Matthew Mizzi qal li d-dikjarazzjoni ta’ trust ippubblikata minn Daphne Caruana Galizia mhux dokument li jittrasferixxi l-kumpanija lil sid ġdid. Huwa dokument li qed jgħid li is-sidien tal-kumpanija Egrant qed iżommu l-ishma għall-benefiċċju ta’ terza persuna. Din it-terza persuna qed tkun allegat li hi Michelle Muscat.
//= $special ?>