Żewġ Franċiżi kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.
Il-kaz sehh għall-ħabta tas-1.15pm fi Triq Ta’ Tlampa fir-Rabat, Malta meta għal xi raġuni mhux magħrufa seħħ impatt bejn mutur tat-tip Peugeot Tweet misjuq minn Franċiż ta’ 55 sena u Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 48 sena minn Ħaż-Żabbar. Passiġġiera fuq il-mutur kien hemm ukoll Franċiża ta 55 sena.
Fuq il-post issejħet minnufih ambulanza fejn ħadet lill-barranin l-isptar għal aktar kura. Sadanittant ir-raġel ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief filwaqt li l-mara ġarbet ġrieħi gravi.
//= $special ?>

