#muscatgate Lokali

Il-5 gidbiet ta’ Muscat f’24 siegħa

Il-Prim Ministru Joseph Muscat (ritratt: Martin Agius)
Simon Busuttil qal li m'għandux dubju li għad irridu nisimgħu aktar minn dak li ġie żvelat

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għamel rendikont tal-gideb kollha li qal Joseph Muscat f’inqas minn 24 siegħa. F’konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’tal-Pieta’, Simon Busuttil fakkar il-cover up kolossali li kien qed iseħħ quddiem għajnejn il-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Simon Busuttil qal li m’għandux dubju li għad irridu nisimgħu aktar minn dak li ġie żvelat minn Daphne Caruana Galizia. Hu kompla li hu jittama li l-investigazzjoni ssir sew, iżda Simon Busuttil qal li jista’ jittama biss għax m’għandux fiduċja li l-Prim Ministru se jagħmel dan.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla billi elenka 5 gidbiet li Joseph Muscat qal f’inqas minn 24 siegħa dwar dan l-iskandlu tal-Panama Papers fejn sar magħruf li l-mara tiegħu hi sid il-kumpanija sigrieta Egrant:

  1. L-indirizz tal-kumpanija Egrant:
    Joseph Muscat gideb li, l-indirizz ta’ Egrant kien San Ġwann, Malta, u allura hemm xi ħaġa ħażina fil-formoli. Din hi gidba. L-indirizz ta’ Egrant hu l-uffiċċju ta’ Brian Tonna li fetaħha. Fil-fatt, l-indirizz ġie użat minn Konrad Mizzi għall-kumpanija tiegħu Hearnville, Keith Schembri użaha ukoll għall-kumpanija Tillgate, u anke Brian Tonna wkoll.
  2. Egrant ma setgħetx tinbiegħ fl-2015:
    Joseph Muscat gideb meta qal li Egrant ma setgħetx tinbiegħ lil Michelle Muscat fl-2015. Gidba: il-formoli li ppubblikat il-ġurnalista mhumiex formoli ta’ bejgħ imma formoli li juru għal min kienu qed jinżammu l-ishma ta’ Egrant: għal Michelle Muscat. Joseph Muscat ipprova jagħti x’jifhem li d-dokumenti li ġie riprodott minn Daphne Caruana Galizia hu trasferiment ta’ bejgħ.
  3. Ix-shares ta’ din il-kumpanija qatt ma ċċaqalqu:
    Joseph Muscat gideb li Egrant kienet ta’ Brian Tonna. Gidba oħra. Egrant kienet ta’ żewġ kumpaniji li jisimhom Dubro u Aliator biex jidhru huma – li kienu wkoll involuti fl-iskandlu tal-Panama Papers – imma dawn iż-żewġ kumpaniji għamlu d-dikjarazzjoni, fil-formoli li ppubblikat il-ġurnalista, li huma kellhom Egrant f’isem Michelle Muscat.
  4.  Il-Post tat-twelid ta’ Michelle Muscat:
    Joseph Muscat gideb li Michelle Muscat mhux veru twieldet ir-Rabat imma Ħ’Attard u allura l-formoli li jgħidu r-Rabat huma foloz. Joseph Muscat gideb għax ammetta hu stess ftit sentenzi wara li, fuq l-ID card ta’ martu, hemm imniżżel li twieldet ir-Rabat. Min poġġa d-dettalji fuq id-dikjarazzjoni tat-trust, bilfors ra l-Karta tal-Identita’ ta’ Michelle Muscat.
  5. Id-Declaration of Trust ma turix numru ta’ ID Card jew Passaport:
    Joseph Muscat gideb li fuq il-formoli ppubblikati m’hemmx n-numru tal-Karta tal-Identita’ u n-numru tal-passaport ta’ Michelle Muscat, u allura dan juri li l-formoli huma foloz. Gidba ta’ Joseph Muscat. Dawn in-numri, li fil-każ tal-passaport lanqas hu permanenti għax jinbidel, ma jitniżżlux f’dokumenti internazzjonali għax huma numri nazzjonali; jitniżżlu fatti dwar min hi l-persuna, kif tniżżlu fil-każ ta’ Michelle Muscat: x’kien kunjomha xebba, meta twieldet u fejn.

 

Simon Busuttil stqarr li fuq din l-inkjesta li saret Joseph Muscat ma jistax jitwemmen, hekk kif l-ewwel ittieħdet l-evidenza, imbagħad wara jiġi investgiat hu stess. Ma jistax jibqa’ fil-kariga ta’ Prim Ministru, u l-unika triq li għandu Joseph Muscat hi li jitlaq.

Fl-aħħar tal-konferenza tal-aħbarijiet il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar id-Dimostrazzjoni Nazzjonali li se ssir għada fl-4 ta’ waranofsinhar, sabiex mhux hu biss iżda l-poplu Malti u Għawdxi kollu jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista u jgħid lill-Prim Minsitru Joseph Muscat li ma jistax jibqa’ f’din il-pożizzjoni. Simon Busuttil qal li qed issir ħsara inkalkolabbli, u sar iż-żmien li nnadfu isem pajjiżna. Bħala kelliema fid-Dimostrazzjoni Nazzjonali se jitkellmu l-eks Chairman tal-Alternattiva Demokratika u Marlene Farrugia l-Kap tal-Partit Demokratiku.

Simon Busuttil appella biex jingħaqdu fid-dimostrazzjoni l-għaqdiet tas-soċjetajiet ċivili sabiex bħal ma’ għamlu l-UĦM Voice of the Workers jinżlu fil-Belt Valletta. Simon Busuttil appella sabiex kulħadd jerfa’ parti minn din ir-responsabbilta’.

Hawnhekk tista ssib id-dokumenti pubblikati mill-Partit Nazzjonalista:

  • id-dokument li juri li l-kumpanija Egrant għandha żewġ shareholders li huma Dubro Limited u Aliator S.A.: https://we.tl/EKFmozceSY
  • is-siltiet tal-gidbiet ta’ Muscat: https://we.tl/4p4Dv2VYNp