Illum mistenni jingħata bidu għal Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar f’Malta – l-avveniment li jifforma parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju meta Malta ingħaqdet bi sħiħ bħala membru fl-Unjoni Ewropea.
Dan hekk kif l-ispettaklu pirotekniku se jkun qed jibda illum, fix-Xagħra Għawdex, sabiex nhar il-Ġimgħa 28 ta’ April l-ispettaklu fl-ajru se jiġi organizzat f’Marsaxlokk filwaqt li kollox għandu jiġi fi tmiemu l-Ħadd 30 ta’ April fil-Port il-Kbir tal-Belt Valletta.
Dan il-festival se jkun qiegħed jinkludi wkoll eżebizzjonijiet iddisinjati minn kumpaniji pirotekniċi minn madwar il-globu kif ukoll uħud mill-ifjen xogħolijiet mill-gżejjer Maltin.
//= $special ?>

