Sport Sport Ieħor

Imut Michele Scarponi

Michele Scarponi

Illum iċ-ċiklist Taljan Michele Scarponi tilef ħajtu waqt it-taħriġ meta vann baqa’ dieħel fih. Scarponi, li kellu 37 sena ħalla warajh lil martu u żewġt itfal.

Fl-2011 hu kien rebaħ il-Giro d’Italia fuq il-mejda wara li Alberto Contador tneħħielu t-titlu wara li kien sospiż minħabba li nstab pożittiv għad-doping.

Scarponi kien għadu kemm jirritorna lura ma’ familtu wara li nhar il-Ġimgħa temm fir-raba’ post fit-tour tal-Alpi li sar fi Trento.