F’post fuq Facebook, mara nfexxet f’dagħdiegħa ta’ tgħajjir u fuq kollox theddid ta’ mewt fil-konfront tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia wara li din tal-aħħar ħarġet dettalji u provi li juru li Egrant hi ta’ Michelle Muscat.
Fil-post tagħha, din il-persuna appellat lil min għandu l-gazz biex jagħti lil Daphne Caruana Galizia żewġ tiri quddiem il-bieb tal-Qorti.



