Il-kaċċatur illegali, li ftit tal-jiem ilu nqabad fuq filmat mill-attivisti tal-CABS u sussegwentament ġie arrestat mill-Pulizija nhar it-Tlieta f’Wied Ħanzir qrib Ħal Farruġ, allegatament kien qiegħed jikkaċċja flimkien ma’ kuntistabbli tal-Pulizija.
Dan ħabbritu fi stqarrija l-organizzazzjoni hekk kif skont eNGO bbażata f’Bonn, fil-Ġermanja, l-uffiċjal tal-Pulizija kien qiegħed fl-istess moħba mal-kaċċatur għal tal-inqas siegħa, waqt li beda jgħinu jilmaħ l-għasafar.
CABS insistew li għandhom ‘il fuq minn siegħa filmat fejn juru ż-żewġt irġiel flimkien, bir-raġel li aktar tard kien ġie arrestat iżomm arma tan-nar f’idejh.
Il-Press officer tal-CABS Axel Hirschfeld spjega li meta uffiċjali tal-ALE waslu fuq il-post iż-żewġt irġiel ħarbu jiġru minn fuq ‘il post qalb is-siġar u għaldaqstant wara li eżaminaw il-filmati, huwa żvela li CABS għamlu rapport kontra l-kuntistabbli tal-Pulizija li kien qiegħed joffri għajnuna lill-kaċċatur.
Kelliema għal CABS insistew li ma kienx biżżejjed li l-uffiċjali tal-ALE qed jinżammu limitati għall-aħħar mill-Gvern minħabba li mhux qiegħed jipprovdilhom ir-riżorsi neċessarji biex jikkontrollaw il-kaċċa illegali – issa uħud mill-kollegi tagħhom huma involuti f’dan l-aġir kriminali.
CABS sostnew ukoll li din mhux l-ewwel darba li nqabad pulizija b’involviment ma’ kaċċa illegali.
Sadanittat dalgħodu CABS ħabbru li nqabdu fuq filmat 5 nassaba illegali, tnejn minnhom lebsin maskra, jaqbdu l-gamiem f’zona privata qrib it-Torri l-Aħmar fil-Mellieħa. Il-filmat bl-evidenza ingħata lill-Pulizija, u msitenni jiġi publikat onlajn fil-jiem li ġejjin.
Ta’ min wieħed jinnota li l-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa issa ilu magħluq ġimgħa.
//= $special ?>

