Mosta ġew inkurunati champions wara li għelbu lil Wardija bi skor ta’ 7-4 f’partita missielta. Wardija kienu għadhom biċ ċans li jirbħu t-titlu iżda sabu lit-tim Mosti aktar determinat, kif fil-fatt kienu matul l-istaġun.
Il-Mostin jimmerithom it-titlu għax kienu l-aktar tim konsistenti u tilfu partita waħda biss minn 16. Huma lagħbu futbol pjaċevoli bil-gwida tal-kowċ Charles Agius u bil-kapaċità tal-plejers Mostin ta’ esperjenza bħall-captain Jeffrey Chetcuti, Stefan Sultana, Paul Bugeja, Ibrahim Tarik, Pio Scriha u oħrajn.
Il-logħba kontra Wardija kienet waħda movimentata u sal-mistrieħ l-iskor kien dak ta’ 2-2 iżda b’Tarik jiskurja numru ta’ gowls Mosta warbu għal kollox l-isfida tal-avversarji b’erba’ gowls wara xulxin u wara ikkontrollaw il-logħba u ħargu rebbieħ 7-4.
L-aħjar skorer tal-kampjonant Michael Borg Olivier skurja biss tnejn imma ta’ min jgħid kien imċaħħad bosta drabi mill-gowlkiper Mosti, Mirchev. Dingli Desana kisbu rebħa faċli ta’ 17-4 kontra B’Kara biex issa jridu draw mill-aħħar partita tagħom kontraWardija biex kisbu t-tieni post fil-klassifika u jkunu elġibbli jikkompetu fis-Super Cup. Kienu superjuri għal kollox kontra tim li kien nieqes minn diversi plejers.
Twaqqaf anke rekord ġdid hekk kif Jeffrey Gauci skurja 14-il gowl biex sar l-aktar plejer li qatt skurja f’logħba waħda u issa hu l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 17-il gowl.
Rabat Cavettte aċċertaw mir-raba’ post wara li għelbu lil Marsa White Stars 7-6 f’logħba bilanċjata. Il-gowl importanti għar-rebħa ġie skurjat fl-aħħar.
Fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni Valletta Masters baqgħu fl-isfida għar-rebħ ta’ titlu meta għelbu lil Tal-Qroqq 9-8. Huma kellhom jitħabtu hekk kif kienu minn taħt bi skor ta’ 6-2 sal-mistrieħ iżda kienu tim mibdul fit-tieni taqsima.
Fil-logħba spikka Nardu Farrugia li kien qed jiddebbutta f’dan il-kampjonat. Il-passaġġi preċiżi tiegħu kienu dak li għamlu d-differenza biex Valletta skurjaw sitt gowls konsekutivi. Tal-Qroqq baqgħu jirsistu u ġabu d-draw iżda fl-aħħar Valettta skurjaw il-gowl tar-rebħa.
Anki Żabbar St. Patrick ukoll kellhom jitħabtu biex għelbu lil Melita Celtics 7-6 biex telgħu fl-ewwel post ta-klassifika. Żabbar kellhom jilagħbu għal ħin twil bi plejer anqas wara li tkeċċa il-gowlkiper Mauro Valastro. Madankollu Melita ma approfittawx mill-vantaġġ numeriku u tilfu l-konfront.
//= $special ?>