F’dawn l-aħħar jiem saret żjara ta’ kortesija fil-Whitehouse minn New England Patriots rebbieħa tas-Super Bowl, l-akbar avveniment sportiv fl-Istati Uniti. Din iż-żjara ħolqot kontroversja fejn il-ġurnal New York Times qabbel ritratti taż-żjara li kienet saret fi żmien il-President Barack Obama u jidher ċar li kienu bosta mill-membri tat-tim li ma marrux il-White House biex jiltaqgħu ma’ Trump.
Fost il-plejers ewlenin li ma attendewx kien hemm Tom Brady li ġab skuża minħabba raġunijiet familjari u anke Chris Long u Alan Branch.
Fatt ieħor kurjuż kien li meta Donald Trump beda jsejjaħ lill-plejers biex jieħdu l-applaws semma lil Danny Amendola li minn naħa tiegħu wkoll iddeċieda li ma jmurx.
Bħalma hi tradizzjoni l-President ġie ppreżentat bil-flokk tat-tim u tifkiriet oħra, liema preżentazzjoni saret mill-kowċ Bill Belichick li fil-kampanja elettorali wera l-appoġġ tiegħu lil Trump.
//= $special ?>