Żagħżugħa mill-Mellieħa ġarbet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ fi Triq Santa Marija, fil-Mellieħa stess meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vettura misjuqa mill-vittma ta’ 20 sena u karozza misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mill-Mellieħa. Filwaqt li fuq il-post ssejjaħ tim mediku tal-ambulanzi għall-assistenza, it-tfajla ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Ir-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi.
//= $special ?>

