Ġie żvelat id-disinn il-ġdid tal-gabbani l-ġodda ta’ Pjazza Tritoni fid-daħla tal-Belt Valletta fil-Furjana.
Il-‘kiosks’ huma magħmulin minn struttura tal-metall u minn barra minn pannelli tal-injam li se jservu biex ikun hemm dell mix-xemx u protezzjoni mix-xita. Il-kiosks se jibqgħu stazzjonati dejjem fl-istess post u se jkollhom ilma, elettriku, sistema ta’ drenaġġ kif ukoll internet.
Dan filwaqt li mhux se jkunu permessi imwejjed u siġġijiet quddiem il-‘kiosks’.
Il-Perit Eric Gerardi, li iddisinja l-istruttura sahaq li l-iskop kollu wara dan id-disinn huwa sabiex jinħoloq bilanċ bejn l-estetika tal-pjazza u l-użu differenti li jista’ jkollha l-gabbana.
//= $special ?>

