Arsenal se jkunu qed jilagħbu kontra Chelsea fil-finali tal-FA Cup, wara li f’Wembley Stadium għelbu lil Manchester City 2-1 wara l-ħin barrani, biex b’hekk tellfu ċ-ċans lil City li jiksbu unur dan l-istaġun.
Kienu t-tim ta’ Guardiola li fetħu l-iskor fit-62 minuta meta minn kontrattakk veloċi, kien Yaya Toure li tefa’ ballun fit-tul lejn Sergio Aguero li avvanza, daħal fil-kaxxa u għeleb lil Petr Cech. It-tim ta’ Wenger ġab id-draw fil-71 minuta meta minn kross mil-lemin, daħal tajjeb Nacho Monreal li għeleb lil Bravo b’xutt mill-ewwel.
Arsenal skorjaw il-gowl tar-rebħa fil-101 minuta, meta minn azzjoni ta’ free-kick, id-difiża ta’ City naqset li tbiegħed il-periklu biex Alexis Sanchez kien pront u għeleb lil Bravo għat-tieni darba.
//= $special ?>