#muscatgate Lokali

DCG: Għandi d-dokumenti u anke whistleblower

F’kummenti ma’ The Sunday Times of Malta, l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li żvelat l-iskandlu tal-Panama Papers is-sena li għaddiet, u issa qed tiżvela d-dettalji b’rabta mal-kumpanija Egrant, qalet li għandha d-dokumenti li jippruvaw dak li qed tiżvela, kif ukoll li hemm whistleblower.

Fil-kummenti tagħha, l-ġurnalista Caruana Galizia qalet li mhux hi għandha tkun li tiprovdi l-provi, iżda għandhom ikunu huma – f’referenza għall-koppja Muscat – li jippruvaw l-innoċenza tagħhom.

Hi spjegat li l-uniku mod kif tmur il-Qorti hi li jarrestawha, filwaqt li qalet li jekk tagħmel hekk, is-sors tagħhom – għaliex id-dokumenti ma kenitx hi li ġabithom b’mod personali – jkun jista’ jissuspetta li qed tikkolabbora mal-Pulizija.