Fi Franza skont l-ewwel exit polls, Emmanuel Macron, il-kandidat indipendenti, kien minn ta’ quddiem b’madwar 24 fil-mija tal-voti u wara Marine Le Pen, b’madwar 22 fil-mija u François Fillon fit-tielet post b’madwar 20 fil-mija tal-voti. Issa ż-żewġ kandidati bla akbar ammont ta’ voti jikkontestaw it-tieni u l-aħħar fażi tal-voti fis-7 ta’ Mejju.
Il-vot qed isir ukoll fost sigurtà kbira minħabba t-theddida terroristika. Vot li qed isir fi tmiem ġimgħa fejn fil-qalba ta’ Pariġi kien hemm attakk terroristiku li ħalla pulizija mejjet u tnejn oħra midruba. Dan apparti li ftit ġranet qabel kienu arrestati żewġt irġiel f’Marsilja bl-akkuża li kienu qed iħejju attakk terroristiku waqt il-kampanja elettorali.
Hi elezzjoni li qed isir ukoll waqt stat ta’ emerġenza, dan minħabba l-attentati li kien hemm tul dawn l-aħħar xhur fi Franza.
//= $special ?>