Illum fi Franza qed jivvutaw biex jinħatar il-President il-ġdid ta’ Franza.
Elezzjoni li fiha, l-aħħar tbassir tal-opinjoni pubblika qed juri li se tkun taqtigħa tal-aħħar bejn Emmanuel Marcon, il-Kap Front Nazzjonali (estremista), Marina Le Pen, l-eks Prim Ministru Konservattiva, Francoi Fillon u l-politiku veteran Jean-Luc Melenchon.
Hi ukoll elezzjoni li se jsir fid-dell tat-terroriżmu, dan hekk kif din il-ġimgħa kien hemm attakk terroristu fil-qalba tal-kapitali ta’ Franza Pariġi u ftit tal-ġranet qabel kien hemm arrest f’Marsilja ta’ żewġ persuni li kienu se jwettqu attakk terroristiku ieħor.
L-ewwel indikazzzjonijiet ta’ kif sejrin il-vot mistennija toħroġ għall-ħabta tas-7.30PM. Jekk ħadd minn dawn il-kandidati ma jikseb 50% tal-voti, issir it-tieni u l-aħħar votazzjoni bejn iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-aktar ammont ta’ voti nhar is-7 ta’ Mejju li ġej.
//= $special ?>