“We are standing to be counted” – kliem Michael Briguglio l-eks Chairman tal-Alternattiva Demokratika waqt id-Dimostrazzjoni Nazzjonali fil-Belt Valletta. Kompla billi stqarr li l-folla qegħda preżenti fiPjazza San Ġorġ biex iżżomm lil Malta nadifa u Ewropea. Hu stqarr li rridu niftakru li l-poplu Malti meta kien hemm l-okkażjonijiet li jrid iqum – dejjem qam. Ġab eżempju bħal meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea u mhux dħalna fl-Ażerbajġan, jew fiż-Żimbabwe. Illum Malta qegħda tmexxi l-presidenza Ewropea.
Michael Birguglio indirizza lill-Laburisti wkoll fid-diskors tiegħu. Hu qal li hu jifhem lil-Laburisti ġenwini li huma mweġġgħajn. Stqarr li hu għandu ħafna ħbieb Laburisti, kompla billi qal li hu ġej minn familja mħalta politikament – u jaf li hemm ħafna nies li jiddejqu jitkellmu fil-pubbliku dwar il-fehma politika tagħhom.
Illum il-poplu Malti jaf li Malta inħatfet minn klikka ta’ kriminali. Hu stqarr li din il-gang qed tagħmel ħsara lill-pajjiż u lill-Partit Laburista tagħhhom stess. Hu fakkar li l-iskandlu tal-Panama Papers ma faqqax tliet ijiem ilu, iżda faqqa sena ilu meta ħareġ l-iskandlu internazzjonali.
Michael Briguglio qal: “Min qed jistaqsi fejn huma l-fatti – lil dawn in-nies ngħidilhom fejn kienu matul din is-sena meta faqqa l-iskandlu internazzjonli tal-Panama Papers? Min irid ir-risposta isib il-provi għax kollha hemm qegħdin. Din hi jig-saw puzzle – u meta ngħaqduha din il-jigsaw puzzle tgħaqqad u tiġi ‘korruzzjoni’”.
Michael Briguglio qal li sfortunatament sena ilu ma kellnix riżenji, iżda minflok kellna l-promotions. Hu staqsa direttament lil Joseph Muscat: “Prim Ministru qed taħsibna boloh?” – kien f’dan il-mument li staqsa għalfejn tah promozzjoni fl-uffiċju tiegħu stess lil Konrad Mizzi u għalfejn bagħtu jirrapreżenta lill-pajjiżna f’pajjiżi oħra waqt il-Presidenza.
Michael Briguglio qal li għandan klikka li qed titħanże kuljum u klikka li qed taħtaf kollox taħt idejha.
Kompla billi qal li minflok riżenji, għandna kriżi l-fl-istituzzjonijiet. Fakkar kif l-ewwel kellna ħafna riżenji mill-Kummisarji tal-Pulizija – u issa għandna Kummissarju “Made in Zimbabwe”, li minflok mar jinvestiga, ħasel idejh bħal Pilatu u mar jiekol il-fenek.
Michael Briguglgio insista li issa għandna inkejsta fażulla. Hu kwota mill-ktieb ta’ Mark Anthony Sammut, meta qal li Joseph Muscat bħal magicians jagħmel – jurik x’qed jagħmel b’idejh ix-xellugija – iżda ma jurikx x’għandu fl-id il-leminija. Hu insista li hekk ġara, għax waqt li qed jagħmel konferenza tal-aħbarijiet, minn naħa l -oħra bdew jitilqu l-bagalji mill-uffiċini ta’ Pilatus Bank.
“Hawnhekk għanda gang li qed tisraq kollox u se jkolla effetti fuq it-tfal tagħna” – stqarr Michael Briguglio.
Briguglio qal li hawnhekk għandna korruzjoni li qed tkisser il-fiduċja fl-istituzzjonijiet. Hu insista li l-korruzjoni qed isseħħ għax dawk li sippost qed jipproteġuna, qegħdin jaħdmu għalihom biss. “Aħna li qegħdin hawn qegħdin ngħidu ‘Le għall-korruzjoni”.
Hu stqarr: “Aħna blu, ħomor, ħodor, oranġjo jew ta’ bla kulur – aħna nies ta’ rieda tajba. Hawn poltiċi ta’ integrita u rridu nappogġġjaw lil poltiċi ta’ integrita. Irridu nafdaw fil-poltiika nadifa”.
Michael Brigulgio għalaq billi stqarr li ghalhekk hawn bżonn pajjiż nadif u pajjiż Ewropew – irridu r-riżenja ta’ Joseph Muscat. Hu qal li min ma jirreżenjax huma politiċi bħal Mugabe fiż-Żimbabwe. Semma kif fl-Ewropa anke fuq l-inqas allegazzjoni jsiru rriżejni. Michael Briguglio qal li: “Aħna rridu li l-pajjiż jiġi qabel il-Partit. Aħna rridu li Malta tkun tagħna lkoll u mhux taghhom biss”.
//= $special ?>