Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku

Ritratt mill-arkivji

Illum għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu (0945hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku f’Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija tad-Distrett, iriżulta li mara ta’ 53 sena, residenti l-Gżira, għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-mutur Harley-Davidson, li kienet qiegħda ssuq u waqgħet.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura u iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.