Bint il-President tal-Ażerbajġan, Leyla Aliyeva, hija klijenta ta’ Pilatus Bank flimkien ma’ ħuha Heydar Aliyev, skont informazzjoni ġdida ppubblikata mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li kkwotat sorsi fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA). Skont Caruana Galizia, klijent ieħor ta’ Pilatus Bank huwa l-Ministru għall-Affarijiet ta’ Emerġenza Kamaladdin Heydarov. Pilatus Bank għandu madwar mitt klijent biss.
Leyla Aliyeva hija l-istess persuna li skont dak żvelat minn Caruana Galizia, mill-kumpanija sigrieta tagħha ‘Al Sahra FZCO’ għaddew somom kbar ta’ flus fil-kumpaniji sigrieti ‘Hearnville’ ta’ Konrad Mizzi, ‘Tillgate’ ta’ Keith Schembri u ‘Egrant’ tal-mara tal-Prim Ministru. Skont l-istess rapporti, għaddew miljun dollaru f’Egrant, imma l-Prim Ministru Joseph Muscat qed jiċħad.
Fl-informazzjoni żvelata dal-lejl, ħu Leyla Aliyev prova jiftaħ kont bankarju mal-Bank of Valletta iżda kien rifjutat peress li hu politically exposed person minn pajjiż meqjus korrott.
//= $special ?>