#muscatgate Lokali

“Muscat għandu jirriżenja” – Manfred Weber, Chairman tal-PPE

Hija bla preċedent li Prim Minsitru li pajjiżu jkollu f’idejh il-presidenza tal-Unjoni Ewropea jinsab investigat minn inkjesta maġisterjali u jibqa jirrifjuta li jirriżenja. Qal dan iċ-Chairman tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew, Manfred Weber.

Manfred Webber qal li l-ġustizzja f’Malta qed tapplika biss għan-nies komuni. Għal dawk il-ftit magħżulin din ma tapplikax u għalhekk din hi ġustizzja selettiva.

Malta hi membru tal-Unjoni Ewropea u dak li qed jiġri bħalissa qed jipperikola r-reputazzjoni ta’ pajjiżna bħala pajjiż stabbli fejn kumpaniji Ewropej u barranin jistgħu jagħmlu negozju mingħajr riskji li mhux neċessarji.

Manfred Weber qal lill-Prim Ministru li r-reputazzjoni hi essenzjali għall-pajjiż bħal Malta imma jidher li l-Prim Ministru nesa dan għad-detrimanet tal-poplu Malti.

Weber irringrazzja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għat-tmexxija soda li qed juri fiċ-ċirkostanzi u talli qed jiġġieled bis-saħħa kollha l-korruzzjoni. Saħaq li almenu l-investituri barranin jafi li hemm min jirrispetta l-valuri tal-onestà, l-integrità u s-sostenibbiltà.