Fl-aħħar ħin bdiet id-Dismostrazzjoni Nazzjonali li sejjaħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jumejn ilu wara li kien żvelat li l-kumpanija sigrieta Egrant hija tal-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Hekk kif tħabbret din id-dimostrazzjoni mmedjatament kienu eluf il-persuni li wieġbu li se jattendu għad-dimostrazzjoni nazzjonali, fosthom is-soċjologu u eks Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Michael Briguglio, l-eks deputat Laburista u Mexxej tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia kif ukoll il-UĦM kkonfermat li se tipparteċipa fid-dimostrazzjoni.
Ritratt u filmati aktar ‘l isfel
Aġġornamenti kontinwi dwar dak li qed jiġri fil-Belt Valletta
5:50pm – “Illum twieldet forza nazzjonali. Forza tal-poplu, forza Maltija. Jien għandi fiduċja kbira li din il-forza nazzjonali se terġa’ tagħti lill-poplu Malti u Għawdxi l-pajjiż li tassew jixraqlu” – Simon Busuttil
5:49pm – “Inwiegħed li wara l-ġurament tal-ħatra tiegħi bħala Prim Ministru, nordna inkjesta. Inwiegħed ġustizzja u ħaqq mal-kriminali li qed imexxu l-pajjiż” – Simon Busuttil
5:47pm – “Mix-xewk ta’ din l-emerġenza nazzjonali, illum qed toħroġ fjura li twarrad u twelled forza nazzjonali; forza tal-poplu u tar-raġuni; forza Maltija; forza li tista’ twassal biex l-affarijiet f’pajjiżna jsiru tassew b’mod differenti” – Simon Busuttil
5:44pm – “Filwaqt li ndur fuq dawk kollha ta’ fehma politika differenti, inżid li f’dan il-mument hemm bżonn l-għaqda. Hemm bżonn li nwarrbu d-differenzi ta’ bejnietna u ningħaqdu. Qed nitlobkom biex tkunu ċittadini Malti, timxu wara l-bandiera ta’ pajjiżna bajda u ħamra” – Simon Busuttil
“Nitlobkom biss biex ningħaqdu bħala ċittadini Maltin u nimxu lkoll wara l-bandiera bajda u ħamra” – Simon Busuttil
5:37pm – Indur fuq il-President tar-Repubblika u ngħidilha: naf li m’għandekx is-setgħa legali li tneħħi lill-Prim Ministru. Madanakollu għandek l-awtorità morali li tgħidlu biex jitlaq f’ġieħ l-interess nazzjonali” – Simon Busuttil
Simon Busuttil b’appell lill-President ta’ Malta
5:37pm – “F’ġieħ is-sewwa, f’ġieħ l-interess nazzjonali, f’ġieħ pajjiżna u f’ġieħ il-poplu Malti: Itlaq issa. Tibqax tagħmel ħsara lill-pajjiż. Ma’ kull ġurnata li tgħaddi u tibqa’ f’postok, tkun qed tagħmel ħsara akbar lil pajjiżna. Tniżżilx lil pajjiżna miegħek” – Simon Busuttil
5:35pm “Dalgħodu l-Prim Ministru qal li jaħlef quddiem Alla li qed jgħid il-verità. Kif nistgħu nemmnuk meta taħlef quddiem Alla jekk diġa ksirt il-ġurament tiegħek?” – Simon Busuttil
5:25pm – “Prim Ministru, il-provi qegħdin fl-aġir tiegħek stess. Il-provi qegħdin fl-aġir tiegħek minn meta ħadt il-ġurament tal-ħatra” – Simon Busuttil
5:22pm – “Pajjiżna jinsab fi stat ta’ kriżi kostituzzjonali u fi stat ta’ emerġenza nazzjonali. Dan qed jiġri għax qatt fl-istorja ta’ pajjiżna ma kellna sitwazzjoni fejn il-persuna fl-ogħla kariga ta’ poter tkun taħt sħaba ta’ korruzzjoni kif għandna llum” – Simon Busuttil
5:20pm Jindaqq l-Innu Malti, segwit mid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
“Irridu r-riżenja ta’ Joseph Muscat” – Michael Briguglio
5:28pm “Wara li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia żvelat li t-tielet kumpanija reġistrata hija tal-mara tal-Prim Ministru, il-Prim Ministru qal li ma kienx lest li jagħmel inkjesta għax inkella jagħmel ħsara lis-servizzi finanzjarji. Prim Ministru, ma xbajtx tagħmel ħsara lis-settur tas-servizzi finanzjarji?” – Simon Busuttil
5:18pm – Aħna nies ta’ rieda tajba, u din hija li tgħaqqadna lkoll. Aħna koalizzjoni ta’ governanza tajba u ma rridux inħallu lil Muscat u l-klikka tiegħu iġibuna nemmnu li kollox qisu xejn m’hu xejn. Le, mhux kollox “xejn m’hu xejn”.
5:17pm – Għandna klikka li qed titħanżer u taħtaf kuljum. Għandna kriżi fl-istituzzjonijiet, fosthom fil-Pulizija. Għandna Kummissarju li flok investiga, mar fenkata. Flok mar Pilatus Bank, għamel bħal Pilatu u ħasel idejh” – Michael Briguglio
5:15pm – “Din l-istorja qisha bħal jigsaw puzzle li malli ngħaqduha, se jkollna kelma waħda: Korruzzjoni” – Michael Briguglio
5:12pm – “Naf ħafna Laburisti li jgħidu huma stess li l-Partit Laburista nħataf minn klikka kriminali li la għandhom għal qalbhom il-Partit Laburista u wisq inqas il-pajjiż”- Michael Briguglio
5:10pm – L-eks Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Michael Briguglio jibda d-diskors tiegħu bil-frażi: “We are here to stand up and be counted… għal Malta tagħna, Malta Ewropea”.
5:09pm – “Fuq in-nota ta’ Malta omm, jien nagħlaq dan id-diskors u nistedinkom biex fl-elezzjoni ningħaqdu bħala poplu wieħed sabiex ikollna Gvern wieħed tal-Maltin u l-Għawdxin” – Marlene Farrugia
5:07pm – “Iltqajna hawn għax irridu Gvern bilgħaqal, Gvern serju u li jqassam il-ġid b’ġustizzja. Aħna rridu ngħixu f’pajjiż fejn il-ġustizzja soċjali tirrenja, fejn l-ambjent jiġi mħares u fejn l-ekonomija tkun sostenibbli” – Marlene Farrugia
5:05pm – “Kieku l-Prim Ministru innoċenti, kien jibgħat lill-Pulizija jissiġillaw Pilatus Bank minnufih biex l-evidenza tibqa’ hemm. Il-prova ta’ ħtija, għalkemm tista’ tinstab f’ħafna karti, tinsab fil-mod kif ġab ruħu l-Prim Ministru” – Marlene Farrugia
5:00pm – “Il-poplu ta l-fiduċja lill-Partit Laburista, imma wara ftit żmien bdejna nindunaw li dik il-viżjoni kienet biss viżjoni ta’ fuq il-karta. Lill-poplu bdew ituh illużjoni. Minflok il-viżjoni saret realtà, ħadmuna minn taħt” – Marlene Farrugia.
4:58pm – “Lil uliedna u ulied uliedna rridu nħallulhom pajjiż aħjar milli sibna” – Il-mexxej tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia tibda tindirizza lill-folla.
4:56pm – Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jasal fi Pjazza San Ġorġ.
4.15pm – Id-Dimostrazzjoni titlaq minn Pjazza Kastilja.
Għal Pajjiż li Jixirqilna – Ritratti mid-Dimostrazzjoni Nazzjonali
Il-wasla tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fi Pjazza Kastilja
Aktar kmieni…
//= $special ?>