Rafael Nadal rebaħ il-Masters ta’ Monte Carlo għall-għaxar darba wara li għeleb 6-1, 6-3 lil Albert Ramos-Vinolas biex kiseb il-50 unur fuq court tat-tafal.
L-Ispanjol ftit sab problemi biex għeleb lill-konnazzjonal u ddefenda t-titlu li rebaħ is-sena l-oħra wara assenza ta’ tliet snin li mit-tmien titli konsekuttivi li kien rebaħ.
Ramos-Vinolas kien diġà għeleb lis-sid numru wieħed Andy Murray u Marin Cilic fi triqtu lejn ir-raba’ finali tal-karriera tiegħu, iżda n-numru 24 fid-dinja qatt ma kien qrib it-tieni suċċess tiegħu.
Minflok kien Nadal li rebaħ il-50 titlu fuq it-tafal biex qabeż lil Guillermo Vilas bħala l-aktar tennista ta’ suċċess fuq dan il-wiċċ, u sar l-ewwel tennista li jirbaħ għaxar titli fl-istess kompetizzjoni.
Dan hu l-ewwel titlu tas-sena ta’ Nadal li sservi ta’ preparazzjoni perfetta għall-Open ta’ Franza x-xahar id-dieħel, fejn se jkun qed ifittex ukoll l-għaxar titlu. Nadal tilef l-ewwel Grand Slam tas-sena fl-Awstralja kontra Roger Federer u tilef ukoll kontra l-Iżvizzeru fil-finali tal-Open ta’ Miami u fir-raba’ rawnd tal-Indian Wells, iżda se jibda r-Roland Garros bħala favorit.
//= $special ?>