Manchester United kisbu rebħa importanti meta barra minn darhom għelbu lil Burnley 2-0. Ir-Red Devils fetħu l-iskor fil-21 minuta b’ħarba tajba ta’ Anthony Martial li avvanza u qassam lejn Ander Herrera, bil-midfielder Spanjol jerġa’ jqassam lil Martial fil-kaxxa, bil-Franċiż jiskorja b’xutt fil-baxx. L-iskor sar 2-0 fid-39 minuta meta Paul Pogba qassam lejn Anthony Martial, b’Tom Heaton isalva parzjalment, biex kien pront Wayne Rooney li rnexxielu jiskorja.
Liverpool komplew jitilfu l-punti kontra t-timijiet iż-żgħar meta f’Anfield tilfu 2-1 kontra Crystal Palace. Kien it-tim ta’ Klopp li fetaħ l-iskor fl-24 minuta bi free-kick mill-isbaħ ta’ Philippe Coutinho, iżda Crystal Palace ġabu d-draw fit-42 minuta meta kien l-eks Christian Benteke li rċieva kross mil-lemin u kompla għal ġewwa. It-tim ta’ Sam Allardyce skorja l-gowl tar-rebħa fl-74 minuta, meta minn korner, reġa’ kien Christian Benteke li tħalla waħda u skorja b’daqqa ta’ ras mill-kaxxa.
//= $special ?>