Sport Sport Ieħor

Sos Amor jieħu l-ewwel rebħa fil-Premier

Sos Amor ta’ Salvu Cutajar (nofs) jidher fil-vantaġġ lejn tmiem it-tiġrija tal-klassi Premier (Ritratt: Trevor Sollars)

Rapport: Kenneth Vella

Il-ħmistax–il laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet tat-trott, saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. L-aktar tiġrija importanti kienet dik tal-klassi Premier li nġriet fuq distanza ta’ mil u li fiha ħadu sehem tlettax–il żiemel. Din intrebħet minn Sos Amor misjuq minn Salvu Cutajar.

Pine Rolls (Matthew Farrugia) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u fl-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Cummin (Rodney Gatt) u Tennis d’Anjou (Charles Degiorgio). Madankollu, 300m mit-tmiem Pine Rolls inqabeż minn Cummin, iżda din l-Iżvediża ma setgħet tagħmel xejn fid-dritta finali quddiem il-qawwa ta’ Sos Amor, li f’idejn Salvu Cutajar akkwista l-ewwel rebħa f’Malta minn Unrefundable (Anton Cassar). Whata Buz (Noel Baldacchino) temm ir-raba’. Ir-rebbieħ kellu medja tajba ferm ta’ 1.13.8” fil-kilometru.

Il-kumplament tat-tiġrijiet kienu miftuħa għal żwiemel tal-klassi Gold, Silver u Bronze u saru fuq distanza twila ta’ 2640m. Fl-ewwel tiġrija tal-klassi Gold, il-Franċiż Tempo Boy (Clint Vassallo) ċeda kollox madwar 100m mil-linja finali. Hu nqabeż minn Big Ben (Charles Camilleri) li rreġistra l-ewwel rebħa tal-istaġun. Mad Neo (Noel Baldacchino) u Smarty Jet (Brian Debono) daħlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Timoudy De Littry (Paul Galea) kien kontinwament quddiem tul id-distanza twila tat-tieni tiġrija Gold. Dan bla diffikultà rnexxielu jakkwista l-ewwel rebħa f’pajjiżna b’żewġ tulijiet minn Universal Charm (Noel Baldacchino). Żewġ żwiemel ġodda wkoll Franċiżi, Toubillon (Charles Camilleri) u Upright (Tony Demanuele) daħlu fit-tielet u r-raba’ pożizzjoni rispettivament.

Fl-ewwel minn tliet tiġrijiet tal-klassi Silver, kien hemm tmiem inċert bejn Uranus Darche (Alex Cortis) u Roma M (Paul Galea). Ir-rebħa ngħatat lid-debba ta’ Galea wara konsultazzjoni mal-photofinish minn naħa tal-ġurija. L-Iżvediża Clicquots Madonna (Noel Baldacchino) ħadet l-ewwel rebħa fi xtutna fit-tieni tiġrija Silver wara li kellha sprint qawwi f’nofs id-dritta finali. L-istess għamel Big Finish (Rodney Gatt) fit-tielet u l-aħħar tiġrija mill-istess klassi. Dan ukoll ma naqasx milli jieħu l-ewwel rebħa tiegħu wara assalt fuq in-naħa ta’ ġewwa.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Lord Indika (J. P. Polidano) Ħin – 3.26.1” (1.18.1”) 2. Salvador Vrie (J. Pace) 3. Cross Country F.C. (J. Vella) 4. Vinci Du Vautour (H. McKay)

II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Charm Blou (R. Gatt) Ħin – 3.25.3” (1.17.8”) 2. Reader JYL (N. Baldacchino) 3. Tresor De Quesny (A. Farrugia) 4. Rex Speed (J. Carabott)

III Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Voila Dry (I. Bilocca) Ħin – 3.24.5” (1.17.5”) 2. Thales d’Hauterbe (N. Baldacchino) 3. Tirana C.N. (M. Farrugia) 4. Rocky De Jervi (J. Said)

IV Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Roma M (P. Galea) Ħin – 3.24.8” (1.17.6”) 2. Uranus Darche (A. Cortis) 3. Safari (C. Gauci) 4. Girlicious (D. Mizzi)

V Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Clicquots Madonna (N. Baldacchino) Ħin – 3.26.3” (1.18.1”) 2. Quickspin (A. Debono) 3. Quozak Prior (R. Magro) 4. Sahara Renegade (C. Magro)

VI Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Big Ben (C. Camilleri) Ħin – 3.19.7” (1.15.7”) 2. Tempo Boy (C. Vassallo) 3. Mad Neo (N. Baldacchino) 4. Smarty Jet (B. Debono)

VII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Timoudy De Littry (P. Galea) Ħin – 3.22.5” (1.16.7”) 2. Universal Charm (N. Baldacchino) 3. Toubillon (C. Camilleri) 4. Upright (T. Demanuele)

VIII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Sos Amor (S. Cutajar) Ħin – 2.01” (1.13.8”) 2. Unrefundable (A. Cassar) 3. Cummin (R. Gatt) 4. Whata Buz (N. Baldacchino)

IX Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Big Finish (R. Gatt) Ħin – 3.23.9” (1.17.3”) 2. Tenor De Joux (C. Camilleri) 3. Unica Des Chaliers (N. Baldacchino) 4. Embrace’ Em (C. Vassallo)