Lokali

Ammont kbir ta’ skart ta’ kull tip fl-Iklin

L-art pubblika fejn qiegħed jintrema dan l-iskart hija propejetà tal-Gvern li kienet ingħatat b’encroachment lill-privat bil-għan li din l-art isservi bħala faċilità għal parkeġġ pubbliku.

Matul dawn l-aħħar ġimgħat wieħed seta’ jinnota l-ammont kbir ta’ skart ta’ kull tip u xorta f’biċċa art pubblika fi Triq San Mikiel l-Iklin.

L-art pubblika fejn qiegħed jintrema dan l-iskart hija propejetà tal-Gvern li kienet ingħatat b’encroachment lill-privat bil-għan li din l-art isservi bħala faċilità għal parkeġġ pubbliku.

Minkejja li l-Kunsill Lokali tal-Iklin kien ilu snin jitkellem mad-Dipartiment tal-Artijiet sabiex toħroġ sejħa pubblika u din l-art tiġi żviluppata f’parkeġġ taħt l-art flimkien ma’ spazju ta’ rikreazzjoni u l-Kunsill kien applika wkoll għall-permess mal-Awtorità tal-Ippjanar u nkiseb il-permess għall-parkeġġ, jidher li l-Kunsill ġie nfurmat li l-art ingħata lill-privat għall-iżvilupp ta’ parkeġġ.

Madanakollu, sena wara, fl-2016 kienu għadu ma sar xejn. Kien għalhekk li l-Kunsill reġa staqsa x’kien se jsir minn din l-art. Billi s’issa ma sab l-ebda żviluppi tal-art, jidher li din l-art qed tintuża sabiex n-nies tarmi kull tip ta’ skart differenti. Filfatt, il-Kunsill Lokali tal-Iklin qal li r-residenti tal-Iklin qed jilmentaw ħafna dwar dan l-iskart li qed jintrema f’din l-art.

Kif jidher fir-ritratti, f’din l-art qed jitħallew karozzi mingħajr liċenzji, inġenji tal-baħar, materjali tal-kostruzzjoni u skart ieħor.

Dan kollu ħareġ minn avviż ippubblikat mis-Sindku tal-Iklin Anthony Dalli.