Daphne Caruana Galizia tikxef iktar dwar l-attivita’ ta’ Pilatus Bank f’Malta.
Tard illum waranofsinhar, Caruana Galizia żvelat fil-blog tagħha li anki Jose Eduardo dos Santos, iben il-President tal-Angola li jġib l-istess isem, hu klijent ta’ Pilatus Bank
Pilatus Bank jinsab fiċ-ċentru ta’ skandlu ta’ korruzzjoni u ħasil tal-flus hekk kif qed jgħaddu miljuni kbar mill-iktar persuni influwenti fl-Ażerbajġan, fosthom iben u bint il-mexxej tal-pajjiż Ilham Aliyev u Kamaladdin Heydarov, it-tieni l-iktar persuna b’saħħitha wara Aliyev innifsu.
Dawn jingħaqdu mal-kumpaniji fil-Panama tal-Prim Ministru u Michelle Muscat, il-Ministru Konrad Mizzi u martu Sai u ċ-Chief of Staff ta’ Muscat Keith Schembri – li Daphne Caruana Galizia qed issostni li għandhom kontijiet f’Pilatus Bank
Iben id-dittatur tal-Angola ilu jgħix fil-Portugall ma’ ommu sa minn tfulitu. Daphne Caruana Galizia qalet fil-bidu tal-2016, avukati Portugiżi għamlu arranġamenti ma’ Pilatus Bank biex jiftħu kont għal kumpanija imwaqqfa fil-Portugall. Ftit ġimgħat wara, dawn l-avukati ġew Malta u nformaw lill-bank li l-ishma tal-kumpanija ġew trasferiti lil Jose Eduardo dos Santos.
Daphne Caruana Galizia qalet li minflok għalaq il-kontijiet, il-Kap Eżekuttiv tal-Bank qal li din mhux problema.
//= $special ?>