Lokali

Id-dawra ta’ Buġibba u l-Qawra se tkun magħluqa f’xi ħinijiet

Ix-xogħol se jsir bejn l-10.00PM u t-8 tat-Tlieta filgħodu.

Illejla se tibda l-ewwel fażi tal-proġett ta’ manutenzjoni tat-triq mad-dawra ta’ Buġibba u l-Qawra.

Ix-xogħol se jibda min-naħa tal-Gillieru direzzjoni lejn il-Pjazza ta’ Buġibba. Dan kollu se jsir bejn l-10.00PM u t-8 tat-Tlieta filgħodu u se jirrepeti ruħu fl-istess ħinijiet mil-lum sa nhar il-Ħamis 27 t’April.  Matul dawn l-erbat iljieli, din il-parti tat-triq se tkun magħluqa għat-traffiku.

Transport Malta jħeġġeġ lis-sewwieqa sabiex isibu toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.