Il-President issejjaħ anke lill-Prim Ministru Joseph Muscat
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca fl-ewwel reazzjoni tagħha dwar is-sitwazzjoni politika preżenti sostniet li “l-liġi trid tiġi osservata minn kulħadd”.
Hi ħarġet din l-istqarrija ftit wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħabbar li llum f’nofsinhar se jkollu laqgħa mal-President ta’ Malta.
Il-President qalet li matul il-ġimgħa li għaddiet, segwiet bir-reqqa dak li kien qiegħed jiġri. Wara li ħadet parir mingħand il-konsulenti kostituzzjonali tagħha nhar is-Sibt, sejħet kemm lill-Prim Ministru kif ukoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni.
Hi qalet li bħal ma stqarrejt, kemm-il darba, il-poteri tal-President ta’ Malta huma limitati mill-Kostituzzjoni innifisha u hi ser teżerċita’ dawk il-ftit poteri li għandha.
Sostniet li “f’dan l-istadju, mhux ser inkun qed nagħmel aktar dikjarazzjonijiet fuq din il-materja, sabiex l-istituzzjonijiet indipendenti jagħmlu xogħolhom.”
Temmet l-istqarrija billi qalet li Malta hija demokrazija, u l-liġi trid tiġi osservata minn kulħadd.
//= $special ?>