#muscatgate Lokali

Il-Ministru tal-Intern sieket quddiem il-fenkata tal-Kummissarju tal-Pulizija

Il-Ministru tal-Intern Carmelo Abela irrijfutta li jikkummenta fuq il-fatt li l-Kummissarju tal-Pulizija mar ffenkata propju fil-ħin meta fil-pajjiż kienu qed isiru allegazzjionijiet serji ta’ korruzzjoni kontra l-Prim Ministur u martu.

Meta kien mistoqsi waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Abela ma weġibx jekk jaqbilx mal-mod kif ġab ruħu l-Kummissarju tal-Pulizija u minflok attakka lill-Oppożizzjoni li skont hu qed tipprova xxekkel ix-xogħol tal-Kummissarju u l-istituzzjonijiet tal-pajjiż.

Il-Ministru Abela qal li mhux ġust li qed isiru allegazzjonijiet bla ma jinġiebu provi u kompla li l-Kummissarju tal-Pulizija aġixxa immedjatament meta l-Prim Ministru qallu biex jintervjeni u biex isejjaħ lill-maġistrat u jibda inkjesta.

Il-Ministru Abela rrifjuta li jwieġeb ukoll dwar il-mod kif minflok il-Kummissarju tal-Pulzija assigura li ma jkunx hemm teħid ta’ evidenza minn Pilatus Bank għażel li jmur fenkata.