It-Tnejn filgħaxija ġie inawgurat il-monument tal-korruzzjoni ta’ Joseph Muscat.
Fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-elettriku bl-użu tat-tanker tal-gass f’Marsaxlokk, il-Partit Nazzjonalista stqarr li Joseph Muscat rabatna nixtru l-elettriku minn din il-Power Station għal 18-il sena sħaħ bi prezz doppju li nixtru mill-interconnector. B’hekk – il-Partit Nazzjonalista fisser li dan mhuwiex fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.
L-inawgurazzjoni saret fil-Power Station il-ġdida taħt it-tliet ċumniji – fejn matul ix-xandira diretta fuq l-istazzjon nazzjonali tkellmu l-Ministru Konrad Mizzi u l-Prim Ministru Joseph Muscat.
L-istess Joseph Muscat biegħ l-Enemalta għal €320 miljun u l-bniedem li nnegozjaw miegħu mix-Shanghai Electric ukoll inqabad b’kumpanija sigrieta miftuħa mill-konsulent tal-Prim Ministru Malti fil-British Virgin Islands.
//= $special ?>