#muscatgate Lokali

Is-sid tal-Bank Pilatus, ilu jiġi interrogat aktar minn sagħtejn fil-Qorti

Is-sid ta’ Pilatus Bank ilu aktar minn sagħtejn fl-awla tal-Qorti quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja. Dan wara li dalgħodu ssejjaħ biex ikun interrogat.

Barra l-awla hemm Luis Felipe Rivera iċ-Chief Operating Officer tal-Bank Pilatus, il-compliance Manager kif ukoll iċ-Chief Risk Manager Antoniella Gauci li l-Ħamis filgħaxija ħarġet bil-bagalji mas-sid Iranjan.

Aktar kmieni:

Is-sid ta’ Pilatus Bank, Ali Sadr, dalgħodu jinsab il-Qorti fejn qed jiġi interrogat mill-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja fl-inkjesta li qed tinvestiga l-allegazzjonijiet dwar il-kumpanija Egrant.

Is-sid tal-bank qed jiġi nterrogat erbat ijiem wara li l-istess sid inqabad ħiereġ mill-kameras ta’ Net News mill-bieb tal-emerġenza tal-uffiċċju tal-Bank Pilatus f’Ta’ Xbiex.

L-Għada ta’ dakinhar li ħarab bil-bagalji li ħareġ bihom mill-uffiċċju ta’ Pilatus, is-sid nqabad ukoll barra l-entratura ta’ lukanda f’San Ġiljan, huwa dakinhaw ma wieġeb għall-ebda mistoqsija li sartlu minn dan l-istazzjon meta dalgħodu deher ħiereġ minn lukanda ewlenija f’San Ġiljan.