Lokali

It-tifla ta’ eks Ministru Laburista għada se tinħatar Maġistrat

Yana Micallef Stafrace
Yana Micallef Stafrace tiġi t-tifla tal-eks Ministru Laburista Joe Micallef Stafrace.

Skont kif kien żvelat mis-sit Malta Independent, Yana Micallef Stafrace għada se tkun qed tinħatar Maġistrat. Yana Micallef Stafrace tiġi t-tifla tal-eks Ministru Laburista Joe Micallef Stafrace.

Dr Micallef Stafrace tiprattika bħala avukat u meta l-President attwali, Marie Louise Coleiro Preca kienet Ministru, hi kienet taħdem fi ħdan il-Ministeru tagħha. Apparti minn hekk, hi kienet appuntata wkoll chairperson tal-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika.

Ħuha. Simon Micallef Stafrace ukoll kien ikkontesta l-elezzjoni ġenerali bħala kandidat tal-Partit Laburista.

Jekk dan huwa minnu, din il-ħatra se ssegqi sensiela ta’ ħatriet oħra ta’ persuni li b’xi mod għandhom affiljazzjonijiet mal-Parit Laburista u li l-ħatriet saru mill-Ministru Owen Bonnici. Dawn jinkludu lill-Maġistrat Grazio Mercieca, l-Imħallef Toni Abela, il-Maġistrat Monica Vella, Maġistrat Caroline Farrugia Frendo u l-Imħallef Wenzu Mintoff. Dan żiedet tgħidu l-gazzetta The Malta Independent.