Lokali

Jekk tgħaddi mill-bypass tal-Imrieħel ara dawn id-dettalji

Triq Aldo Moro l-Marsa direzzjoni lejn Raħal Ġdid se tkun magħluqa għal xi ħin bejn it-8PM u l-11PM.

Illejla bejn it-8PM u 11PM se jkun qed jinġarr il-pont tal-Imrieħel minn Ħal Far. Minħabba f’hekk, Triq Aldo Moro l-Marsa direzzjoni lejn Raħal Ġdid se tkun magħluqa għal xi ħin bejn it-8PM u l-11PM.

Apparti minn hekk, it-trakkijiet li se jkunu qed jaħdmu fuq l-insallazzjoni tal-pont se jkunu pparkjati fi Triq In-Negozju.

Uffiċjali ta’ Transport Malta flimkien ma’ membri tal-Pulizija se jkunu fuq il-post biex jiggwidaw lis-sewwieqa kif meħtieġ.

Il-pont tal-Imrieħel fid-direzzjoni ta’ Ħ’Attard se jibda jitwaħħal għada bejn is-8PM tat-Tlieta u l-5.30 tal-Erbgħa filgħodu. Minħabba f’hekk parti mill-bypass direzzjoni lejn Ħ’Attard se tkun magħluqa għat-traffiku wkoll matul dan il-ħin.

Ix-xogħol imbagħad ikompli l-Erbgħa 26 t’April fit-8PM. Dakinhar se jitwaħħal il-pont fuq iż-żewġ naħat tal-bypass. B’hekk, f’xi ħinijiet matul illejl, il-bypass tal-Imrieħel se jingħalaq fiż-żewġ direzzjonijiet.  It-triq tinfetaħ għat-traffiku fil-5.30 tal-Ħamis filgħodu.

Transport Malta appellat lis-sewwieqa biex isibu toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali filwaqt li skużat ruħha għal kwalunkwe inkonvenjent.