Lokali

FILMAT: Karozza tinqaleb f’Ħad-Dingli, żewġ persuni l-isptar

Net News jinsab infurmat li fuq il-post issa waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu liż-żewġ persuni mill-karozza.

Tal-inqas żewġ persuni weġġgħu wara li karozza li kienu fiha nqalbet fit-triq li mir-Rabat tagħti lejn Ħad-Dingli.

Net News jinsab infurmat li fuq il-post issa waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu liż-żewġ persuni mill-karozza. Fuq il-post waslu wkoll żewġ ambulanzi li ħadu lill-koppja l-isptar b’urġenza għall-aktar kura.

Fuq il-post kien hemm ukoll Pulizija mill-għassa tar-Rabat.

It-triq ingħalqet għat-traffiku.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.