Lokali

Mara u tarbija involuti f’inċident tat-traffiku f’Tal-Barrani, erba’ jiddaħħlu l-isptar

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Erba’ persuni ddaħħlu l-isptar wara inċident tat-traffiku fit-Triq tal-Barrani.

L-inċident seħħ ftit wara l-10a.m. u fih kienu involuti żewġ karozzi, f’waħda mill-karozzi kien hemm mara u tarbija.
Fuq il-post waslu ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku fl-isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni ta’ dawk involuti fl-inċident għad mhux magħrufa, iżda t-tarbija ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Parti mit-triq ingħalqet għat-traffiku