Il-midfielder ta’ Chelsea N’Golo Kante ġie vvutat bħala l-aqwa plejer tal-istaġun fil-Premiership Ingliż filwaqt li Dele Alli ta’ Tottenham ġie vvutat bħala l-aqwa plejer żagħżugħ.
Kante kiseb fama mondjali meta fl-2015 ingħaqad ma’ Leicester u għenhom jirbħu t-titlu u fis-sajf li għadda u ngħaqad ma’ Chelsea li attwalment jinsabu fil-quċċata tal-klassifika.
Sena ilu Kante kien diġà wieħed mill-favoriti li jirbaħ dan l-unur imma kien sieħbu Riyad Mahrez li għamel dan imma din id-darba l-plejer ta’ 26 ingħata dan l-unur. Fit-tieni post temm Eden Hazard ta’ Chelsea u fit-tielet post spiċċa Zlatan Ibrahimovic ta’ Man Utd li f’dawn l-aħħar jiem ingħata l-aħbar ħażina li se jdum sa tmiem is-sena barra mill-azzjoni wara injury serja f’irkopptu.
Minn naħa tiegħu anke Alli qed ikun strumentli għall-Ispurs fejn s’issa dan l-istaġun skurja 16-il gowl u pprovda ħames assists. Ta’ min jinnota li din kienet it-tieni darba konsekuttiva li Alli ngħata dan l-unur.
//= $special ?>