Rumen sofra ġrieħi gravi wara li allegatament qala’ xebgħa fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, f’San Pawl il-Baħar.
Kien għall-ħabta tas-19:15 tal-Ħadd li l-Pulizija daħlilhom rapport li kien hemm raġel mixħut mal-art, mimli demm. Ir-raġel, li sofra ġrieħi gravi, ingħata l-ewwel għajnuna minn persuni li kienu fil-post, sakemm intbagħat ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
S’issa għadu ma sar l-ebda arrest, u għad ma ġiex stabbilit lanqas jekk dan kienx inċident jew inkella r-Rumen kienx vittma ta’ attakk.
//= $special ?>

