Lokali

Serb ferut wara argument fi stabbiliment f’San Pawl il-Baħar

Arkivji

Serb ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra feriti gravi wara li qal li kien involut f’argument f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.50pm fi stabbiliment fi Triq il-Ġifen.

Mal-wasla tagħhom appena ġew infurmati, il-Pulizija sabu lir-raġel ferut. Hu allega li kien vittma tal-argument bejn diversi persuni.

Is-Serb ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.