Fi tmiem il-ġimgħa t-tim Malti tal-weightlifting kompost minn Kyle Micallef, Kieran Mifsud, Matthew Camilleri, Yazmin Zammit Stevens u Elisia Scicluna kiseb riżultat importanti waqt kompetizzjoni għan-Nazzjonijiet Żgħar Ewropej f’San Marino.
Il-Maltin temmew fit-tieni post wara l-Iżlanda li rebħet it-titlu. Waqt dawn il-kampjonati l-Maltin waqqfu rekords 11-il rekord nazzjonali.
Zammit Stevens tkun hi l-atleta mara rreġistrat l-akbar total f’Malta dak ta 172kg. Yazmin (-69 kg) refgħet snatch ta’ 77kg u clean & jerk ta 95kg biex waqqfet żewġ rekords nazzjonali.
Scicluna (-90 kg) għamlet rekord nazzjonali ġdida b`refgħa ta’ 70 kg, fil-clean & jerk hi għamlet it-tliet tentattivi kollha b`suċċess u kisret rekord iħor ta’ 89 kg.
Hi temmet il kompetizzjoni b`total ta ‘159 kg biex b’hekk waqqfet tliet rekords nazzjonali. Kyle Micallef (-94kg) kien fl-aħjar forma għal dan l-istaġun. Hu żied fuq rekord nazzjonali tiegħu ta l-isnatch b`tentattiv ta ‘125kg.
Fil-clean & jerks kien kunfidenti aktar minn qatt qabel u irnexxielu jikser rekord li kien twaqqaf 13-il-sena ilu darbtejn b’156 kg u 159 kg. Hu temm il-kompetizzjoni b’total 284 kg u ħames rekords nazzjonali.
Kieran Mifsud ta 17 il-sena kien l-iżgħar atleta fil-kompetizzjoni. Fl-isnatch hu refgħa 122 kg filwaqt li fil clean & jerk refgħa 156 kg.
Minkejja li r-riżultat kien tajjeb għal Mifsud kienet diffiċli ferm li jkun fl-aqwa tiegħu wara prestazzjoni eċċellenti ġimgħatejn ilu fil-kampjonati tal-Ewropa.
Matthew Camilleri wkoll kellu prestazzjoni mill-aqwa fejn refa t-total ta’ 243 kg. Fl-isnatch hu refgħa 108 kg. Fil-clean & jerk hu rnexxielu jerfgħa 135kg.
Fl-aħħar attentat minkejja li kellu clean iebsa ferm hu rnexxielu jerfa’ l-jerk bl-akbar faċilità.
Dan hu wieħed mill-aħjar riżultati miksuba mill-Malta Weightlifting fil-Nazzjonijiet Żgħar tal-Ewropa. Ir-rekords kontinwi li qed jitwaqqfu bla dubju qed juru x-xogħol mill-aqwa li qed tagħmel l-assoċjazzjoni flimkien mal-atleti.
Barra minn hekk fil-kungress elettorali, il-President tal-assoċjazzjoni Jesmond Caruana kellu suċċess għalieh għall-għaqda u għal Malta wara li gie elett bħala Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet iż-żgħar Ewropej. Caruana assista lill-atleti f’din il-kompetizzjoni filwaqt li Ramona Borg li kienet membru tal-ġurija.
Il-parteċipazzjoni f’din il-kompetizzjoni kien possibbli bl-għajnuna u bl-appoġġ tal-kumitat Olimpiku Malti u SportMalta.
//= $special ?>