Pollakk ta’ 21 sena weġġa’ gravi wara li matul il-lejl li għadda kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Knisja, San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa meta għal xi raġuni iż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu tat-tip Citroen Xsara u baqa’ dieħel f’dar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq, residenti San Ġwann, l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
//= $special ?>


